minn L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla
Leanne Ellul
Fuq blu
Kemm hu kbir dal-blu li wellidna?
Nistaqsik jekk hux se nkun maġenbek.
Hux se nkun imħeddla.
Hux se nkun kaħla. Jew blu.
Jekk kaħla, missni darba.
Jekk blu, missni darbtejn.
Għax naf li blu se tgħidli.
Narak tiggranfa mal-imħadda feroċi
tagħmel ħerba minna u minn dal-muskoli stirati.
Il-lożor ma llamtajthomx.
U trid tgħidli,
tixtieq tgħidli li l-lożor blu bħal-lejl.
Hekk biss nitqaddsu
piż fuq dal-lożor blu.
U r-riħa mrembla tiegħek tinfidni.
Fuq hemm
Hemm is-sema jroxxli l-istilel lewn
il-ħalib minn t’ommok fi snienek
u l-bajja tfur bir-ramel aħmar
qed tistenniena nindifnu fiha.
Hemm dil-bajja tistenniena npassuha
ħa tħoss il-għafsa sħuna tross sħiħ fuqha.
Kull meta nintelqu, smajt,
hemm il-baħar jibda jofrogħ u
jmut ftit għalik u ftit għalija.
Kemm hu kbir dal-blu li wellidna?
Nistaqsik jekk hux se nkun maġenbek.
Hux se nkun imħeddla.
Hux se nkun kaħla. Jew blu.
Jekk kaħla, missni darba.
Jekk blu, missni darbtejn.
Għax naf li blu se tgħidli.
Narak tiggranfa mal-imħadda feroċi
tagħmel ħerba minna u minn dal-muskoli stirati.
Il-lożor ma llamtajthomx.
U trid tgħidli,
tixtieq tgħidli li l-lożor blu bħal-lejl.
Hekk biss nitqaddsu
piż fuq dal-lożor blu.
U r-riħa mrembla tiegħek tinfidni.
Fuq hemm
Hemm is-sema jroxxli l-istilel lewn
il-ħalib minn t’ommok fi snienek
u l-bajja tfur bir-ramel aħmar
qed tistenniena nindifnu fiha.
Hemm dil-bajja tistenniena npassuha
ħa tħoss il-għafsa sħuna tross sħiħ fuqha.
Kull meta nintelqu, smajt,
hemm il-baħar jibda jofrogħ u
jmut ftit għalik u ftit għalija.